Żomm Għajnejk Miftuħin

Xi kultant, dak li jinstema’ ordinarju jista’ jkun sinjal li hemm xi ħaġa ħażina.

Il-vittmi tal-vjolenza mhux dejjem jitolbu l-għajnuna direttament.

Kliemhom jista’ jkun sottili, u faċli ma tintebaħx bis-sinjali.

Kull sena, madwar 15% tal-Ewropej, jew 75 miljun persuna fl-Unjoni Ewropew jisfaw vittmi ta’ vjolenza.

L-UE taħdem kontinwament biex tiżgura li l-vittmi jirċievu l-appoġġ u l-ħarsien li għandhom bżonn, madwar l-UE kollha, iżda l-bidla vera tiddependi minnha lkoll li nagħrfu l-vittmi, li nisimgħu bla ma nagħtu ġudizzju, u li niżguraw li ħadd ma jkollu jbati l-konsegwenzi tal-vjolenza waħdu.

Dan hu l-iskop tal-kampanja Żomm Għajnejk Miftuħin.

Il-kampanja tqajjem għarfien dwar id-drittijiet tal-vittmi u tħeġġeġ lil kulħadd biex ikun attent, jagħraf meta xi ħadd għandu bżonn għajnuna u jifhem kif jista’ joffri l-appoġġ.

Il-messaġġi li tara fuq stikers, posters jew fi spazji pubbliċi jistgħu jkunu parti minn din il-kampanja. Dawn jistidnuk tieqaf, tafda l-istint tiegħek, u tħares lil hinn mill-ewwel impressjoni.

Jekk hemm xi ħaġa li ma tinħassx tajba, tinjorahiex.

X’tista’ tagħmel

  • Oqgħod attent(a) għal x’jgħidu n-nies, anke dak li ma jgħidux direttament
  • Kun preżenti u offri l-appoġġ tiegħek
  • Għinhom isibu l-informazzjoni t-tajba u servizzi ta’ appoġġ